Lokali

Jitħassru l-purċissjonijiet tal-lum tal-Ġimgħa l-Kbira

Fl-aħħar ħin ittieħdet id-deċiżjoni li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Għargħur u ta’ Ħal Għaxaq li kienu mistennija li jsiru llum jitħassru kawża ta’ maltemp li hu msemmi li jasal fuq pajjiżna fis-sigħat li ġejjin.

Dan se jsir biex il-vari ma jsirulhomx ħsarat kawża tax-xita li qed tkun imbassra li se tolqot lil pajjiżna.

Il-purċissjoni tal-Għargħur ġiet ikkanċellata kompletament filwaqt li ta’ Ħal Għaxaq ġiet posposta għal nhar il-Erbgħa li ġej fis-6:30pm.