Mietu ‘il fuq minn 30 persuna wara li sensiela ta’ tornadoes straxxnaw numru ta’ bliet fin-Nofsinhar u l-Midwest tal-Istati Uniti.
Il-maltemp estrem qered ammont sinifikanti ta’ djar, b’eluf ta’ residenti jispiċċaw mingħajr dawl fost l-impatt devastanti tal-elementi fid-diversi Stati tal-pajjiż.
Il-gazzetta Washington Post qalet li daħlu aktar minn 70 rapporti dwar it-tornadoes fl-Istati ta’ Arkansas, Tennessee, Illinois, Indiana, Alabama u Mississippi.
Fl-istess ħin kienu konfermati numru ta’ vittmi b’kaġun tal-maltempati partikulari fost rapporti dwar ‘straġi inkalkulabbli’ fil-belt ta’ Wynne, fl-Istat ta’ Arkansas u li tinsab lejn il-lvant ta’ Little Rock.
Is-sorsi qrib il-US PowerOutage website qalu li mijiet tal-eluf ta’ nies kienu mingħajr elettriku tul id-diversi Stati.
Dan waqt li l-esperti meteoroliġiċi qed iwissu li t-tornadoes se jkomplu javvanzaw fuq id-distanzi twal għalkemm mhux eskluż li dawn anki għandhom jitilfu mis-saħħa matul il-lejl.
//= $special ?>