Futbol Sport

Leicester u Chelsea jneħħu lil kowċis Brendan Rodgers u Graham Potter

Matul il-jum tal-Ħadd tħabbru żewġ tkeċċijiet ta’ kowċis mill-Premier League fl-Ingilterra. Leicester City neħħew lill-kowċ Brendan Rodgers wara t-telfa ta’ 2-1 li sofrew kontra Crystal Palace, hekk kif jinsabu fid-19-il post tal-klassifika. Min-naħa l-oħra Chelsea neħħew lil Graham Potter mit-tmexxija tal-club wara biss sitt xhur fil-kariga, hekk kif Chelsea jinsabu fil-11-il post tal-klassifika, wara t-telfa fi Stamford Bridge kontra Fulham.