Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix f’Melbourne

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion tal-Formula 1 Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix f’Melbourne fl-Awstralja minkejja li l-Grand Prix spiċċat bis-safety car minħabba inċident li kien jinvolvi lil Fernando Alonso.

Fit-tieni post daħal is-seba’ darbiet champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton taħ’ Mercedes segwit mill-istess Alonso ta’ Aston Martin fit-tielet post. It-tmiem tat-tellieqa kien jinvolvi s-safety car wara l-inċident ta’ Alonso, bis-sewwieqa jibqgħu fl-istess pożizzjoni għall-aħħar żewġ dawriet tal-Grand Prix.

Is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz kien ppenalizzat tal-involviment tiegħu fl-inċident ma’ Fernando Alonso, fejn mir-raba’ post spiċċa fit-tnax-il post, b’Lance Stroll ta’ Aston Martin jidħol fir-raba’ post, segwit minn Sergio Perez ta’ RedBull fil-ħames post. Fis-sitt post temm Lando Norris ta’ McLaren, b’Nico Hulkenberg u Oscar Piastri jidħlu fis-seba’ u t-tmien post rispettivament.

Guanyu Zhou fuq Alfa Romeo temm fid-disa’ post segwit minn Yuki Tsonada ta’ Alpha Tauri fl-għaxar post. Diżappunt għal Pierre Gasly u Esteban Ocon ta’ Alpine li t-tnejn ma rnexxielhom itemmu l-Grand Prix, b’George Russell ta’ Mercedes u Charles Leclerc ta’ Ferrari ukoll ma temmewx il-Grand Prix f’Melbourne.