Fi Stadio Diego Armando Maradona, Napoli kienu maħsuda minn Milan meta dawn għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0. Bl-aħjar wirja tal-istaġun Milan ikkontrollaw il-partita mill-bidu sal-aħħar. Huma fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta Brahim Diaz żmarka lil Rafael Leao b’dan tal-aħħar iqabbeż minn fuq il-goalkeeper Alex Meret għal 1-0.
Tmien minuti wara huma rduppjaw meta din id-darba kien Brahim Diaz li xeħet fix-xibka għal 2-0. Fit-tieni taqsima Milan komplew fejn ħallew meta fid-59 minuta reġa’ kien Rafael Leao li minn pass ta’ Sandro Tonali kkonkluda fix-xibka għal 3-0. Tmien minuti wara Milan għamluhom erba’, meta din id-darba kien Alexis Saelemaekers li avvanza tajjeb u bil-kalma xeħet fix-xibka għal 4-0.
Fi Stadio Olimpico Roma kisbu rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq Sampdoria biex b’hekk laħqu lil Inter fir-raba’ post tal-klassifika b’50 punt. Sampdoria spiċċaw b’ għaxar plejers fit-52 minuta meta tkeċċa għalihom Jesion Murillo. Roma marru fil-vantaġġ fis-57 minuta meta Nemanja Matic għadda lejn Georginio Wijnaldum li xeħet fix-xibka għal 1-0. Roma rduppjaw fit-88 minuta minn penalty ta’ Paolo Dybala, qabel fil-ħin mogħti żejjed kien Stehpam El Shaarawy li assigura mir-rebħa għal 3-0.
lllum: Bologna v Udinese 3-0, Monza v Lazio 0-2, Spezia v Salernitana 1-1, Roma v Sampdoria 3-0, Napoli v Milan 0-4
//= $special ?>