Illum il-Knisja qed tfakkar Ħadd il-Palm – is-Solennità Liturġika tad-Dħul ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, milqugħ bħala Re.
F’pajjiżna, Ħadd il-Palm jiġi ċċelebrat b’funzjonijiet fil-knejjes madwar Malta u Għawdex.
Intant il-Ħadd filgħodu l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, fejn sar ukoll it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm.
Waqt l-omelija Monsinjur Arċisqof irrifletta fuq l-evanġelju tal-Passjoni tal-Mulej ispirat mill-eżempju t’umilta’ u sabar li ta Ġesu’.
Fil-mumenti ta’ diffikulta’, ta’ umiljazzjoni, ta’ tkasbir…fil-mumenti meta nħossuna se naqtgħu qalbna, ejjew niftakru fl-umilta’ u s-sabar tal-Imgħallem.
L-Arċisqof fakkar kif fil-mumenti ta’ konfront Ġesu’ għażel is-silenzju, iżda qatt ma ċaħad il-verita’ tal-identita’ tiegħU…li Hu l-Iben t’Alla…il-Messija…anke’ jekk ir-risposta tiegħU wasslitU għall-kundanna ħarxa tas-salib u l-mewt. Ġesu’ m’għażilx il-konfront vjolenti imma l-umilta’ ta’ min iħobb sal-aħħar.
//= $special ?>