Sport Sport Ieħor

Tanya Blake u rebbieħa fl-Isportivi tas-Sena fi Sport Extra tal-lum

Fl-għoxrin il-programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq Net Television fl-ewwel parti tkompli s-serje ta’ intervisti mar-rebbieħa fis-63 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Mistiedna TENISHIA THORNTON, rebbieħa għal darb’oħra tal-kategorija ‘Atleta Żgħażugħa tas-Sena’ kif wkoll rebbieħa tal-People’s Choice Awards. Mistieden wkoll JESMOND CARUANA, President tal-Malta Weightlifting Federedation li rebaħ il-Kategorija ta’ ‘Kowc tas-Sena’.

Fit-tieni parti tal-programm mistiedna l-eks atleta TANYA BLAKE li mhux biss tibqa’ sinonimu mal-Edizzjonijiet tal-2001 u 2003 tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa iżda wkoll bħala atleta Olimpika li rrappreżentat lil Malta fl-Olimpijadi ta’ Ateni fl-2004

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.