Roma Club Malta, imwaqqfa fl-1973, matul din is-sena qed jiċċelebraw il-50 Anniversarju b’għadd ta’attivitajiet.
Meqjus bħala l-eqdem klabb tas-supporters barra mill-Italja, fil-ġranet li għaddew delegazzjoni ta’ Roma Club Malta kienet fic-Ċentru ta’ Taħriġ fi Trigoria fejn hemmhekk kellhom laqgħa’ mal-leġġenda ta’ AC Roma Bruno Conti, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1982, rebbieħ tal-Kampjonat tas-Serie A fl-1982-83 u finalist fit-Tazza tac-Champions fl-1984.
Membri tal-klabb kellhom ukoll iċ-ċans li jiltaqgħu mal-captain ta’ Roma, Lorenzo Pellegrini qabel il-partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024, Malta kontra Italja filwaqt li l-President tal-klabb Ray Sant kien intervistat mill-ġurnal ‘Il Romanista’.
Apparti li f’Mejju huwa mistenni li Bruno Conti bħala responsabbli minn nurseries ta’ Roma jmexxi kontingent tat-Tim ta’ 12 il-sena, hemm possibiltà li jinġieb Malta, l-eks difensur rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ma’ Brazil, Aldair.

