Sport Sport Ieħor

Fishing Sport: Sandro Cohen fl-ewwel post overall fil-kategorija Singles


Fit-tielet sajda tas-Singles, organizzata minn KSFA u li saret il-Ħadd f’Marsaskala, Fortune Calafato ġie fl-ewwel post b’qabda ta’ 3.7kilo ħut, li tikkonsisti l-parti l-kbira minn bubin.

Huwa kien segwit mill-qrib minn Sandro Cohen li qabad ftit aktar minn 3kilos u issa wara tliet sajdiet Cohen jinsab fl-ewwel post overall f’dan il-kampjonat, b’ 5.5 kilos ħut.

Rodrick Coleiro ħa t-tielet post b’2.4kilo. Il-ħut kollu nħeles ħaj fl-aħħar tal-kompetizzjoni wara li ntiżen.

Is-sajda li jmiss se tkun it-tielet waħda tad-Doubles, li se ssir fit-30 ta’ April.