Futbol Sport

Gowl ta’ Michael Keane fl-aħħar minuti jsalva punt għal Everton

F’Goodison Park Everton u Tottenham Hotspurs temmew fi draw ta’ 1-1.

Everton spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers fit-58 minuta meta tkeċċa għalihom Abdoulaye Doucore wara argument ma’ Harry Kane. Għaxar minuti wara Tottenham imorru fil-vantaġġ meta Michael Keane deher iwaqqa lil Cristian Romero fil-kaxxa, biex mill-ħdax-il metru Harry Kane ma żbaljax għal 1-0.

Fis-87 minuta tkeċċa Lucas Moura għal Tottenham. Hekk kif kollox deher li Tottenham se jirbħu l-partita, kien Michael Keane li b’xutt b’saħħtu mid-distanza ħasad għal kollox lil Hugo Lloris għal skor finali ta’ 1-1.