Lokali Qorti

Ikkonfermata sentenza ta’ ħabs wara li sawwat lil martu

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati li kienet ikkundannat 15-il xahar ħabs li raġel residenti l-Imtarfa wara li dan sawwat lil martu fejn ikkaġunalha feriti gravi fid-dar matrimojonali. L-Imħallef Neville Camilleri kkonfema l-ħtija fil-konfront ta’ Robert Ciappara, dik li fl-1 ta’ Diċembru tal-2018 għall-ħabta tas-1pm. sawwathau  sakkarha ma’ vetrina tal-ħġieġ fejn qabadha minn għonqha, li wassal biex weġġgħet idha.

Ir-raġel argumenta fl-appell li ma kellux jinstab ħati għax qal li rreaġixxa wara li martu pprovokatu u attakkatu, u li tagħtu daqqa ta’ ħarta. Tenna wkoll, li fil-ġlieda, martu ġarrbet ġrieħi ħfief u mhux gravi. Madankollu, l-Qorti qalet li hi temmen bħal l-ewwel Qorti li dakinhar Ciappara imbotta lil martu fil-vetrina, fejn l-argument seħħ xħin hu beda jitfa’ l-ħwejjeġ ta’ martu ‘l barra minn dar.

Jirriżulta li l-vittma “laqtet” lil żewġha f’wiċċu u li mbagħad Ciappara sakkarha ma’ vetrina tal-ħġieġ u qabadha minn għonqha, u dan wassal biex weġġgħet. Minbarra sentenza ta’ ħabs il-Qorti kkonfermat ħarġet ordni ta’ trażżin kontra Ciappara għal tliet snin u li jħallas €459 fi spejjeż tal-Qorti.

Il-Qorti kellha kliem iebes ukoll fil-konfront tal-ħati u qalet li waslet għall-konklużjoni li ma tvarjax il-piena mogħtija mill-Ewwel Qorti għal diversi raġunijiet fosthom dik li ma jirriżultalhiex li Ciappara verament iddispjaċih ta’ dak li għamel fil-konfront ta’ martu u ma jirriżultax anqas li b’xi mod ipprova jpatti għall-ħsara minnu kaġunata jew li tal-anqas talab skuża lil martu.

Mhux talli hekk, talli r-rakkont tiegħu ta’dk li ġara ma kienx wieħed minnu. Ma’ dan il-Qorti qalet li l-kodotta tal-appellant ma baqgħetx waħda nadifa. “Il-liġijiet qegħdin hemm biex jiġu osservati u f’pajjiż ċivilizzat il-vjolenza ma għandhiex tiġi ttollerata”, qalet il-Qorti.