Żvolta importanti għall-gwerra fl-Ukrajna hekk kif il-grupp tal-merċenarji Wagner qed jgħid illi ħa f’idejh il-belt ta’ Bakhmut wara xhur sħaħ ta’ ġlied qalil u vittmi.
Għalkemm il-Kap tal-Wagner stqarr – permezz ta’ video – illi Bakhmut għaddiet f’idejn ir-Russi, mhux tal-istess fehma huma l-qawwiet Ukreni illi ċaħdu din l-istqarrija. Fil-fatt, jidhet li fil-Punent ta’ Bakhmut għad hemm preżenza kbira ta’ suldati Ukreni li qed jikkontrollaw zoni varji.
Kelliem għall-armata ta’ Zelensky qal illi dak li ntqal mill-Wagner, u l-fatt li tellgħu baniera Russa f’Bakhmut kienet biss stunt għall-moral tar-Russi.
//= $special ?>