“Aħna nemmnu li l-kwalità ta’ ħajja tiġi meta jkollok xogħol tajjeb, xogħol li jrendi, xogħol b’paga tajba u b’kundizzjonijiet tajbin, u alura fl-interess tagħna li nkomplu nimbuttaw kumpaniji li jinvestu f’Malta b’mod bilgħaqal u bis-serjetà, sostennibbli u b’mod b’saħħtu”
Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt zjara li għamel lill-kumpanija Toly f’Bulebel, fejn kien akkumpanjamid-deputati tal-Oppożizzjoni Ivan Bartolo, Ryan Callus u Ivan Castillo.
Wara li ddawwar ma’ żoni differenti ta’ din il-fabbrika u segwa mill-qrib il-proċess ta’ manifattura u rfinar ta’ prodotti tal-irtokk u ta’ prodotti oħra, il-Kap tal-Partit Nazzjonalist Bernard Grech fisser li hu onorat u kuntent li deċiżjonijiet ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti ħolqu ambjent biex din il-kumpanija u oħrajn jiffjorixxu.
Minn naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Toly Andy Gatesy saħaq illi minkejja li l-kumpanija Toly batiet fiz-zminijiet tal-pandemija, il-management ħaseb fit-tul, investa u ppjana sew – biex din is-sena l-kumpanija għandha baġit akbar u tista’ tkompli tikber.
Gatesy qal li l-kumpanija hi kommessa li tibqa’ topera f’Malta, tant li riċentament fetħet ukoll ċentru innovattiv li jkompli jorbot l-għeruq tal-kumpanija f’pajjiżna.
Hu rringrazzja lill-Gvernijiet preċedenti li dejjem ħeġġew u inċentivaw lill-kumpaniji tal-manifattura ħalli jagħmlu qabża fil-kwalità, filwaqt illi tenna li l-proposta tal-Partit Nazzonalista dwar it-tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq il-qligħ tan-negozji, konformi mal-ESG, għal 15% fuq l-ewwel €500,000 profitti li jinżammu fin-negozju, hija ta’ beneficcju kbir għal kumpaniji bħat-Toly.
Din il-fabbrika bdiet topera f’Malta fl-1969 …u llum il-ġurnata, hi bbażata mhux biss f’Malta, iżda wkoll fir-Renju Unit, l-Istati Uniti, Franza, il-Belġju, iċ-Ċina, il-Korea, l-Ażja u l-Brażil.
F’Malta, Toly qed taħdem ukoll fuq numru ta’ proġetti mal-istudenti tal-MCAST; Kulleġġ li jista’ jservi ta’ akkademja importanti għall-kumpaniji lokali.
//= $special ?>