Is-Segretarju-Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, ikkonferma li l-Finlandja, minn għada t-Tlieta, issir il-31 Stat-membru tan-NATO.
L-applikazzjoni tal-Finlandiżi għall-isħubija fl-Alleanza tal-Punent kienet xprunata mill-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tar-Russja li qed taqsam fruntiera twila mal-Finlandja.
It-Turkija, bħala membru ewlieni tan-NATO, kienet żammet lura l-applikazzjoni tal-Finlandja minħabba l-ilmenti li Helsinki kienet qed tappoġġja ‘lit-terroristi Kurdi’– iżda l-Gvern f’Ankara, jiem ilu, bidel l-atteġġjament biex witta t-triq lejn l-isħubija tal-Finlandiżi fl-Alleanza.
Intant, it-Turkija għadha tostakola l-applikazzjoni tal-Iżvezja għal sħubija fin-NATO fuq l-istess ilment dwar il-politika rigward il-komunità tal-Kurdi fil-pajjiż Skandinav.
//= $special ?>