Il-Vara tal-Veronika tar-Rabat li toħroġ ta’ kull sena fil-eqdem purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta saret fis-sena 1880 mill-istatwarju Carlo Darmanin. Hija statwa mill-isbaħ li saret fil-Kartapesta. Matul l-aħħar sena sar xogħol ta’ restawr fuqha mill-membri tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Raabt u restawratur Mariorick Mifsud.
Ir-Restawr ta’ din il-vara sar fuq ix-xewqa tan-Nutar Anthony Abela li sfrotunatament ma laħħaqx raha lestha. Din ix-xewqa ġiet mitmuma bl-għajnuna ta’ Ibnu n-Nutar Sam Abela u ħu Tony is-Sur Paul Abela. Kull min ser jattendi r-Rabat f’dan il-jiem jista’ jammira s-sbuħija ta’ din l-vara kif ukoll tar-restawr professjonali li sar fuqha. Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira toħroġ fil-5:30pm ta’ wara nofsinhar mill-Knisja ta’ San Marija ta’ Ġesu tar-Rabat. Din il-purċissjoni tmur lura mis-Seklu 17 hija l-ewwel waħda li bdiet issir fil-gżejjer maltin, din kompliet tinfierex fejn wara żdiedet dik tal-Belt Valletta u iktar tard fit-tliet ibliet tal-Kottonera.
Din id-devozzjoni waslet Malta mill-Patrijiet Franġiskani (Ta’ Ġieżu) li ġabu din id-devozzjoni minn ġewwa l-Art Imqaddsa li huma jieħdu ħsieb din il-kustodja. Fir-Rabat l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tieħu ħsieb din il-purċissjoni li fiha tieħu sehem il-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam.
L-Inawgurazzjoni tar-Restawr tal-Vara tal-Veronika sar il-Ħadd 2 t’April 2023 waqt Lejla ta’ Mużika Sagra fil-Knisja Ta’ Ġieżu tar-Rabat bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam bil-kolaborazzjoni tal-Patrijiet Franġiskani u Kunsill Lokali tar-Rabat.
//= $special ?>