Lokali

Kif kien mistenni, Rosianne Cutajar tirriżenja mill-Grupp Parlamentari

Id-deputat Rosianne Cutajar mhux se tibqa’ tifforma parti mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista.

Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa illejla, fejn ġiet ippublikata wkoll l-email tar-riżenja mibgħut minn Rosianne Cutajar.

L-email kienet mibgħuta fil-5:10pm, ftit tal-minuti biss qabel tlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-Labour.

Rosianne Cutajar se tibqa’ fil-Parlament bħala deputat indipendenti.