Lokali

Konferma li Robert Abela hu dgħajjef u jdejh marbutin

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara r-riżenja ta’ Rosianne Cutajar mill-Grupp Parlamentari tal-Labour, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li għax dgħajjef u jdejh marbutin, Robert Abela ma kellux is-saħħa u l-kuraġġ li jieħu passi fil-konfront tagħha.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li, wara li għamel ġimgħatejn jiddefendiha u baqa’ ċass quddiem dak li ġie żvelat, illejla Rosianne Cutajar sfidatu u ħabbret li rriżenjat mill-Grupp Parlamentati tal-Labour u se tibqa’ tokkupalu s-siġġu Parlamentari.

Robert Abela, bid-djugħfija tiegħu, tilef kull kontroll tal-Partit u tal-Gvern li jmexxi, tenna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.