Lokali

L-NSO b’dehra korporattiva ġdida

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nieda dehra korporattiva ġdida hekk kif sa mit-twaqqif tiegħu, l-NSO dejjem għaraf il-funzjoni importanti li għandu bħala sors ewlieni tal-istatistika uffiċjal ta’ Malta.  

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-bini tal-NSO intqal li sabiex iwettaq il-ħidma tiegħu, l-Uffiċċju jara li jkun relevanti max-xejriet tal-lum il-ġurnata. Dan hekk kif bħalissa pajjiżna qed jgħix fi żmien meta t-teknoloġija saret tinbidel u tiżviluppa b’mod aktar mgħaġġel.

Kien b’dan il-ħsieb li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel rebranding billi għaqqad flimkien il-kisbiet tal-imgħoddi ma’ dawk moderni – u ta dehra ġdida u aktar friska.

L-eżerċizzju għal dan it-tiġdid beda fl-2021 fejn fost it-tibdil li sar hemm logo ġdid, dehra ġdida għas-sit elettroniku u ħolqien ta’ database ġdida tal-istatistika

Net News tkellem mad-Direttur Ġernerali tal-NSO Etienne Caruana illi spjegalna li dan ir-rebranding huwa l-ewwel pass… minn sensiela ta’ inizjattivi li se jwasslu għall-immodernizar ta’ dan l-Uffiċċju. Apparti dan, l-NSO qed iżżid ukoll aktar kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet oħra sabiex l-informazzjoni tkun iktar preċiża.