Lokali

“M’għandi xejn x’inżid ma’ dak li qal il-Prim Ministru” – Miriam Dalli

Aktar Ministri qed iħossuhom skomdi ferm jikkundannaw dak li għamlet il-kollega tagħhom Rosianne Cutajar, tant li qed jispiċċaw jinħbew wara l-Prim Ministru Robert Abela – u jgħidulna biss li se jżommu mal-pożizzjoni li ħa hu.

Issa għaddew kwazi ħmistax minn meta ġew żvelati sensiela ta’ chats li għaddew bejn id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar u l-imprenditur Yorgen Fenech… u sal-lum il-Prim Ministru Robert Abela u l-membri tal-Kabinett tiegħu ħadd għadu ma kkundanna dak li ħareġ minn dawn iċ-chats… fejn kien konfermat li taħt Gvern Laburista kulħadd kien jitħanżer. Apparti l-fatt li l-istess Cutajar kienet aċċettat rigali fi flus u anke oġġetti oħra mingħand Fenech, meta diġa’ kien magħruf li huwa s-sid tal-kumpanija sigrieta 17 Black… u daħħlet fil-but mal-€81,000 minn job part time li kellha mal-ITS.

It-Tnejn filgħodu Net News staqsa lill-Ministru Miriam Dalli biex wara dak kollu li kien zvelat, tagħtina raġuni waħda għala Cutajar għadha tifforma parti mill-Gvern Laburist…. Bil-Ministru ma tweġibx jekk tħosshiex komda li Cutajar għadha qed izzomm postha fil-Partit Laburista.

Dawn it-tweġibiet tal-Ministru tal-Enerġija jiżdiedu mas-sensiela ta’ tweġibiet li tawna bosta Ministri u Segretarji Parlamentaru Laburisti.. li prattikament kważi kollha irripetew dak li qallhom biex jgħidu l-Mexxej tagħhom…. Robert Abela.