B’gowl fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud, St’ George’s għelbu lil Għargħur bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk għamlu pjaċir lil Luqa St. Andrews li bir-rebħa li kisbu kontra Rabat Ajax kienu huma li spiċċaw fit-tieni post. Minħabba li Rabat u Għargħur spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti issa jridu jilagħbu decider għat-tielet post.
Kienu Għargħur li fetħu l-iskor wara ħames minuti permezz ta’ Nicholas Formosa biex Morientes Muscat ġab il-gowl tad-draw għall-Bormliżi fis-16-il minuta.
Meta l-konfront deher li sejjer għal parità, Andrea Mizzi skorja l-gowl tar-rebħa għal St. George’s għal skor finali ta’ 2-1 favur it-tim immexxi minn Trevor Thomas.
//= $special ?>