Lokali Saħħa

“Nistenna kont u hekk naħseb se nibqa’ – biż-żieda fil-popolazzjoni s-sistema mhux tlaħħaq”

Nistenna kont u hekk naħseb se nibqa’ – biż-żieda fil-popolazzjoni, is-sistema tas-saħħa mhix tlaħħaq”

Dawn kienu uħud mill-kummenti li dehru fuq il-midja soċjali b’reazzjoni għal storja ppubblikata mill-media Laburista b’referenza għall-operazzjonjiet li jsiru fil-Ħdud u l-lista ta’ stennija.

L-istorja ta’ propoganda saret biex tipprova ttaffi xi ftit mill-ħsara ernomi li ħalla l-iskandlu tat-tliet sptarijiet, bid-deal jitqies mill-Qorti bħala wieħed frawdulenti.

Iżda minkejja l-propaganda ta’ One News, in-nies kienu ċari fi kliemhom: il-mirakli li qed isiru mit-tobba u l-infermieri fl-isptar “żgur li mhux bil-flus li tajna lil Steward”. B’oħrajn jgħidu li “it-tajjeb li kellna tah lill-barranin”

Dawn kienu biss ftit mill-ħafna reazzjonijiet, hekk kif diversi kienu dawk illi fakkru li l-Gvern irregala 400 mitt miljun ewro lil frodist barrani biex dan “ħalla l-isptar San Luqa barumbara”.

Persuna oħra kiteb illi li kieku l-Vitas u Steward bnew l-isptar f’Għawdex, u rranġaw dak ta’ San Luqa u Karin Grech, kieku l-piż fuq Mater Dei ilu li tnaqqas.

Raġel ieħor kiteb li s-sistema tas-saħħa Maltija hu dejjem faħħara, imma biż-żieda eżaġerata tal-popolazzjoni mingħajr pjan, is-sistema mhix tlaħħaq.

Oħrajn qasmu l-esperjenza tagħhom fejn marru biex jagħmlu l-ġibs fil-weekend, iżda qalulhom li s-Sibt u l-Ħadd ma jsirux.

Persuna oħra qalet li l-istennija ilha mhux ħażin, u l-pazjent qed ibati l-konsegwenzi. B’uħud jgħidu li ilhom sentejn jistennew għall-operazzjonijiet…u d-dewmien qed ikompli jiżdied.

Is-sitwazzjoni fl-isptarijiet ilha tiddeterjora snin sħaħ, bil-President tal-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel fl-aħħar sigħat ikkundanna l-mod li bih il-Gvern qed ikompli jberbaq il-flus tal-poplu Malti u Għawdxi biex jaġevola lin-nies tal-qalba u ma jagħtix każ liż-żgħir.

F’post fuq il-media soċjali, Paul Pace tefa’ dawl fuq il-fatt li l-Gvern sab eluf ta’ ewro biex iroxx lil erba’ eks Deputati tal-Gvern – iżda għall-infermieri u l-qwiebel m’għandux ċenteżmu.