In-nies ta’ Pariġi ivvutaw b’saħħa sabiex iwaqqfu l-użu tal-iscooters elettriċi – pass li bla dubju se jkun daqqa kbira għall-operaturi li jħaddmu e-scooters.
Kważi 90 fil-mija ivvutaw il-Ħadd sabiex l-iscooters ma jibqgħux fit-toroq tal-kapitali, u jkun illegali li xi ħadd isuq e-scooter f’Pariġi. Għalkemm il-verità hi li t-turnout kien biss ta’ 8 fil-mija ta’ dawk eleġibbli.
Minn 1.38 miljun persuna kienu ftit aktar minn 103,000 il-persuni li xeħtu l-vot tagħhom.
Dan ir-referendum qed jitqies bħala rebħa għal dawk kollha li qed jikkampanjaw biex fit-toroq ta’ Pariġi tiżied is-sigurtà.
//= $special ?>