Raġel ta’ 57 sena mill-Belt Valletta, baqa’ miżmum taħt arrest wara li ġie mixli b’serq ta’ oġġetti minimi minn ħwienet fil-kapitali stess Huwa ġie mixli quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca Rizzo li kkommetta dawn is-serqiet, li kienu jinkludu par żarbun, kalzetti u baskett. F’isem l-akkużat Francis Grech, l-Avukati Noel Bianco li kien qed jitlob għall-pleġġ tal-klijent tiegħu, qal li s-soċjetà fallietu u ridt biss li jiġbed l-attenzjoni.
Grech ġie mixli li fis-16 ta’ Frar li għadda, fil-11 u fil-25 ta’ Marzu u nhar il-Ħadd li għadda huwa seraq diversi oġġetti. Hu ġie mixli wkoll li kkommetta reat waqt li kien taħt ordni ta’ probation, li sar reċidiv u li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistati.
L-Ispettur Gabriel Micallef li flimkien ma’ l-Ispettur Daryl Borg ressaq lil Grech qal lill-Qorti li f’dawn f’dawn l-aħħar ġimgħat saru erba’ rapporti ta’ ‘shop lifting’ minn ħwienet fil-Belt. Qal li Grech, inqabad mill-Pulizija jisraq par żarbun u kkonferma li s-serq li wettaq kienu f’ammonti żgħir, kollha.
Hawn l-akkużat qal li ried imur il-ħabs biex jikkonfronta priġunier ieħor, anke jekk fl-istess nifs wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. L-Avukat Noel Bianco semma kif dan is-serq ma kienx aktar minn 30 ewro, u li għamel dan għax fil-ħajja tiegħu huwa ma sabx ħlief għawġ fejn lanqas fejn jaħdem ma jista’ jsib u alura huwa persuna li qed ifittex l-attenzjoni u għandu bżonn l-għajnuna. Tenna wkoll li ħajtu tinsab fis-solitudni.
“Kellu bżonn kulħadd bħall-Ispettur” qal l-akkużat imbikkem, fejn hawn hu ġie mwaqqaf mill-avukat tiegħu biex iżomm is-silenzju u għamel talba għall-pleġġ. Din it-talba sabet oppożizzjoni qawwija mill-Prosekuzzjoni, bl-Ispettur Micallef jgħid li Grech mhux persuna affidabbli, il-kondotta tiegħu hi waħda kkulurita u li tressaq diversi drabi l-Qorti fuq serq.
L-Ispettur qal li bħalissa l-akkużat qed igawdi mill-libertà proviżorja fuq każ ieħor ta’ serq u li kemm il-darba nstab ħati fuq serq ieħor. L-Avukat Bianco qal li l-aħħar każ’ li għadu ma nqatax mhux tort tiegħu, sentenza li suppost ilha li ngħatat. “Mhux sew li nieħdulu l-aħħar qatra demm li baqalu, dan il-povru, u li ta’ l-iżablji li kkommetta hu diġa’ ħallas għalihom billi qatta’ madwar 25 sena ħabs,” qal l-Avukat Bianco.
Il_Qorti qalet li f’dan l-istadju kienet qed tiċħad it-talba peress li għad baqa’ numru ta’ xhieda biex jagħtu l-verżjoni tagħhom fuq l-allegat serq. Il-Qorti laqgġħet talba tad-difiża biex tirrakkomanda lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex l-akkużat jiġi offrut l-għajnjuna kollha neċċessarja nkluż dik psikoloġika.
//= $special ?>