Lokali

“Robert Abela dgħajjef: għaddew ġimagħtejn u għadu ma keċċiex lil Rosianne Cutajar” – PN

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li wara li Robert Abela ddefenda bis-saħħa lil Rosianne Cutajar u mbagħad ħareġ jgħid li ħadd mhu akbar mill-pajjiż, s’issa Robert Abela għadu ma keċċiex lil Rosianne Cutajar. S’issa kull ma’ għamel Robert Abela kien kliem fieragħ billi qed jibqa’ jirrepeti li d-Deputati kollha għandhom jerfgħu r-responsabbiltà tal-azzjonijiet tagħhom.

Il-poplu Malti u Għawdxi jistenna li Robert Abela jgħaddi mill-kliem għall-fatti u jkeċċi lil Rosianne Cutajar mingħajr aktar dewmien. Il-Partit Nazzjonalista qal li d-dgħjufija ta’ Robert Abela u l-imġieba skandaluża ta’ Rosianne Cutajar qed ikomplu jagħmlu ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.