Futbol Sport

Sassuolo u Torino jtemmu fi draw filwaqt li Empoli jegħlbu lil Lecce

(Ritratt: EPA)

Torino u Sassuolo temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Sassuolo li marru fil-vantaġġ fis-37 minuta permezz ta’ Andrea Pinamonti qabel fis-66 minuta kien Antonio Sanabria li kiseb il-gowl tad-draw għal Torino.

F’partita oħra Empoli għelbu lil Lecce 1-0 bil-gowl uniku tal-partita jasal fit-62 minuta mill-ħdax-il metru permezz ta’ Francesco Caputo.