Wara li kienet Rosianne Cutajar li rriżenjat minn jeddha mill-Grupp Palamentari Laburista, Robert Abela baqa’ ma weġibx għaliex ma kienx hu li keċċiha u għaliex ma ħax azzjoni wara li kienu żvelat chats bejnha u bejn l-imprenditur Yorgen Fenech. Bil-Prim Ministru jibqa’ jaħrab dawn id-domandi – wara li ilu ħmistax sħaħ jitfa’ din il-kontroversja taħt it-tapit, mingħajr ma jiddeċiedi xejn.
Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv Laburista, Robert Abela reġa’ ikkonferma li f’din il-laqgħa il-Labour ma’ ħa ebda deċiżjoni fil-konfront tad-Deputat Rosianne Cuajar. Bil-Prim Ministru jgħid li dak li ġara, skont hu, jgħolli l-istandards tal-politika.
Mistoqsi għal darba dabtejn jekk hux qed jinvestga minn huma l-persuni li tħanżr, kif kien mistenni Robert Abela baqa’ ma wieġeb xejn.
Fl-email tagħha tar-riżenja, Cutajar qalet li issa se tkun qed tieħu aktar ħin biex tieħu ħsieb saħħitha, il-familja l-ġdida tieghha filwaqt li timraħ iżjed fuq livell professjonali. Qalet ukoll li rriżenjat “bi swied il-qalb”.
Mistoqsi mill-ġurnalisti preżenti quddiem il-kwarieri tal-Labour, Robert Abela eskluda l-possibbiltà li Rosianne Cutajar terġa’ tikkontesta bħala kandidat f’isem il-Partit Laburista.
Interessanti l-fatt li fuq barra taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kien hemm preżenti l-media kollha jistennew lil Robert Abela, minbarra l-ġurnalisti tal-PBS.
//= $special ?>