Sport Sport Ieħor

Sparar: Tiraturi Maltin tat-Trap jieħdu sehem fl-ISSF World Cup f’Larnaca

It-Trap Team Malti rritorna minn Ċipru wara l-parteċipazzjoni tagħhom fl-ISSF World Cup Larnaca, CYP 2023.

Fit-Trap Women Event, Mikaela Galea laqtet 103/125, filwaqt li l-Atleta junior Mariah Busuttil irnexxielha tolqot 100/125 plattina

James Galea Jr., William Chetcuti u Gianluca Chetcuti kkompetew fl-avveniment Trap tal-Irġiel, flimkien ma’ Brian Galea u Emmanuel Bugeja, li t-tnejn ikkompetew għar-Ranking Points Only (RPO).

Ir-riżultati tat-tiraturi Maltin fit-Trap tal-Irġiel kienu; James Galea Jr 116/125, William Chetcuti 112/125, Gianluca Chetcuti 110/125, Brian Galea 109/125 u Emmanuel Bugeja spiċċaw bl-iskor ta’ 106/125.

Fit-Trap tal-Irġiel kien Anton Glasnovic (CRO) li ġie ddikjarat rebbieħ ġenerali, filwaqt li Andreas Makri (CYP) u Abdel Aziz Mehelba (EGY) spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Il-midalja tad-deheb fl-avveniment Trap tan-Nisa intrebaħ minn Lucy Charlotte Hall (GBR), filwaqt li Cuicui Wu (CHN) ħadet il-fidda. Penny Smith (AUS) kisbet it-tielet post ġenerali u ħadet il-midalja tal-bronż.

L-avveniment Internazzjonali li jmiss għall-atleti tal-Malta Shooting Sport Federation fl-avvenimenti Shotgun se tkun l-ISSF World Cup Cairo, EGY 2023 li se ssir aktar tard dan ix-xahar.