Riżultat mill-aqwa għal atleta Joelle Cortis li rebħet l-10 kilometri fil-maratona ta’ Brighton fl-Ingilterra.
B’kollox ħadu sehem 1491 atleta mara b’Cortis tidħol fid-39 post fil-klassifika ġenerali fost 2742 partecipanti. Hija għamlet l-ewwel 5 kilometri fi 17.51 minuti u t-tieni ħames kilometri fi 17.53 minuti biex għalqet l-10.06 kilometri f’35.44 minuti.
Cortis li għandha tielet l-aħjar ħin fuq id-distanza fejn bir-record nazzjonali fuq id-distanza b’35.02 minuti ta’ Carol Walsh, fl-2022 fil-maratona ta’ Brighton kienet għamlet id-distanza f’35.36 minuti.
//= $special ?>