Sport Sport Ieħor

Table Football: Weekend ta’ suċċess għal Jurgen Balzan fil-Grand Prix ta’ Vienna

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fi Vienna ġie organiżżat il-Grand Prix ta’ Vienna 2023.  Jurgen Balzan kellu tmiem il-ġimgħa tajba kemm fil-kompetizzjoni Individwali kif ukoll tat-timijiet.

Is-Sibt fil-kompetizzjoni individwali, Balzan kien semifinalist tal-kategorija Open.  Huwa rebaħ il-logħbiet kollha tal-grupp tiegħu biex b’hekk għada il-fażi tal-grupp b’punti massimi. Balzan tilef is-semifinali bl-iskor ta’ 2-0, kontra l-plejer Massimiliano Nastasi ta’ Bologna Tigers.

Il-Ħadd Jurgen Balzan kien ukoll finalist flimkien mat-tim tiegħu St Stembert u fil-finali lagħbu kontra t-tim Taljan Bologna Tigers u tilfu bl-iskor ta’ 3-1.

Jurgen Balzan bħalissa qiegħed klassifikat fl-erbatax-il post tal-klassifika dinjija tal-FISTF.