Il-funeral tat-tabib Mario Rizzo Naudi se jsir għada, l-Erbgħa 5 t’April, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq fil-11.30am.
Mario Rizzo Naudi miet is-Sibt li għadda fl-isptar Mater Dei. Hu kellu 70 sena, u għal numru kbir ta’ snin serva fil-professjoni ta’ tabib, fejn b’għemilu permezz tal-professjoni medika tiegħu kontinwament resaq viċin in-nies.
Hu twieled fil-5 ta’ Ġunju tal-1952 fl-Imsida, iben Anton u Maria. Mario Rizzo Naudi kien miżżewweġ lil martu Doriette u kellhom żewġt ulied, Karl u Julian.
Id-data tal-funeral tħabbret mill-familja tat-tabib Rizzo Naudi ftit tal-ħin ilu.
Il-familja qalet ukoll li donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza ikunu ferm apprezzati.
//= $special ?>