Matul dawn il-jiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kompla jżur numru ta’ wirjiet ta’ arti sagra li qed isiru madwar Malta u Għawdex ssabiex ifakkru l-mewt u l-qawmien ta’ sidna Ġesù Kristu.
It-Tnejn filgħaxija Bernard Grech akkumpanjat mis-Sinjura AnneMarie Grech żar il-lokalita ta’ B’Buġia fejn l-ewwel żewġ żjarat tiegħu kienu f’residenzi privati f’din il-lokalità.
Wara, kien imiss il-lokalita taż-Żurrieq… fejn bħalissa fil-Sede tas-Soċjetà Mużikali Santa Katerina qed issir wirja tal-Ġimgħa l-Kbira mtella’ mis-Sezzjoni Zgħażagħ Palmisti. Dan filwaqt li fil-Każin tal-Madonna tal-Karmnu qed issir wirja oħra ta’ arti sagra mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.
Iż-żjarat komplew fil-lokalità ta’ Ħal Safi fejn il-Kap tal-PN żar żewġ wirjiet privati. U wara mar fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-istess lokalita fejn seta’ jara wirja ta’ ċenaklu ħaj.
It-Tlieta filgħodu kien imiss lil Għawdex, fejn fl-ewwel żjara tiegħu Bernard Grech żar wirja ta’ impressjonijiet artistiċi magħmulin mit-tafal tal-artist Joseph Scerri fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat. Wara żar wirja tal-artist Salvu Cremona li tinsab fi Pjazza Sant Wistin ….sabiex imbghad kellu l-opportunita jżur tliet wirjiet oħra privati fin-Nadur.
It-Tlieta filgħaxija, Bernard Grech żar il-kunvent ta’ San Duminku fil-Belt Valletta fejn hemmhekk kellu l-opportunita jara wirja oħra – din id-darba, esebizzjoni ta’ emblemi magħmulin mill-għaġin u r-ross.
Preżenti flimkien ma’ Bernard Grech għal dawn iż-żjarat fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Toni Bezzina, Stanley Zammit, Chris Said u Alex Borg.
//= $special ?>