Frank Lampard jinsab viċin li jirritorna bħala kowċ interim ta’ Chelsea. Il-Blues jinsabu mingħajr kowċ wara li fil-jiem li għaddew keċċew lil Graham Potter.
Lampard li lagħab 429 darba għal Chelsea mexxa lill-istess klabb bejn l-2019 u l-2021 bl-aħħar avventura tiegħu bħala kowċ tkun ma’ Everton fejn tkeċċa aktar kmieni din is-sena.
Bħalissa fl-Ingilterra hemm ukoll l-eks kowċ tat-tim Spanjol Luis Enrique li jinsab f’taħdiet ma’ Chelsea wkoll biex jieħu f’idejh it-tmexxija tat-tim b’mod permanenti.
//= $special ?>