Wara operazzjoni delikata ta’ 11-il siegħa, il-bastiment ta’ salvataġġ Geo Barents irnexxielu jtella’ abbord 440 immigrant li kienu f’diffikultà bejn sema u ilma f’ibħra SAR ta’ Malta. Dan wara li ebda pajjiż ma intervjena għat-talbiet ripetuti ta’ dawn l-immigranti, b’rapporti jindikaw li kienu maqbuda f’disperazzjoni f’nofs maltempata.
Il-media Taljana qed tirrapporta kif il-Gvern Malti ma għamel assolutament xejn, minkejja li l-operazzjoni kienet qed issir fiz-zona Maltija għat-tiftix u Salvataġġ – magħrufa bħala SAR.
Agħar minn hekk, ir-Rai qed jgħid li Malta ħolqot “ħajt” biex twaqqaf kull tip ta’ komunikazzjoni. Fil-fatt, il-każ ilu jumejn sħaħ jiġi rappurtat u segwit mill-ġurnalisti Taljani.
Dwar dan il-każ ma ħarġet ebda stqarrija minn Kastilja jew mill-Ministru tal-Intern.
Intant, l-organizzazjoni Alarm Phone qed tgħid li l-persuni kollha ġew salvati u qed jingħataw assistenza.
//= $special ?>