Lokali Mużika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista mal-grupp mużikali ‘Different Minds’

Aktar kmieni illum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqgħa l-grupp mużikali ‘Different Minds’ fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali hekk kif il-Ħadd li għadda niedew kanzunetta ġdida li tqajjem aktar għarfien dwar l-awtiżmu.

Waqt din il-laqgħa Bernard Grech spjega kif laqtu l-messaġġ ta’ din il-kanzunetta, filwaqt illi qal li jeħtieġ li jkun hawn aktar sapport għal mużika lokali speċjalment dawk il-kanzunetti li jitrattaw temi importanti fosthom l-awtiżmu.

Minn naħa tagħhom, ir-rappreżentanti ta’ ‘Different Minds’ qalu li din il-kanzunetta kienet ilha fil-ħsieb għal 4 snin. Il-kliem tal-kanzunetta hu miktub mill-kitarrist akustiku tal-band Jason u bintu Nicole Mizzi.

Huma spjegaw illi t-tifel tal-kitarrist għandu l-awtiżmu u xtaq jagħmel aktar għarfien permezz ta’ din il-kanzunetta.

Din il-kanzunetta ġiet imnedija fix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar l-awtiżmu u għandha l-isem ‘Different Not Less’ fejn kellha rispons tajjeb ħafna mill-pubbliku.

Preżenti waqt din il-laqgħa kien hemm id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Graziella Galea.