Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel min-Nepal weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq il-Prajjiet fil-Mellieħa.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm u li r-raġel residenti San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, bil-konsegwenza li waqa’.

Flimkien miegħu, kien hemm raġel ieħor min-Nepal u residenti San Pawl il-Baħar ukoll. L-etajiet tagħhom sa issa għadhom ma nagħtawx.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw lkura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.