Il-militanti tat-Taliban li qed imexxu l-Afganistan ipprojbew lin-nisa milli jaħdmu man-Nazzjonijiet Uniti f’dan il-pajjiż – bl-Organizzazzjoni qed tisħaq li ma tistax twassal l-għajnuna kruċjali lin-nies mingħajr l-istaff feminili.
In-NU sostniet li t-Talibani infurmawha verbalment dwar il-pass iżda għadha ma rċevietx il-komunikat speċifiku bil-miktub.
Madankollu, in-NU, fl-aħħar sigħat, infurmat lill-membri tal-istaff – irġiel u nisa – biex ma jirrappurtawx għax-xogħol għal 48 sena sakemm l-affarijiet ikunu ċarati mat-Taliban.
Mindu t-Talibani ħatfu mill-ġdid il-poter fl-Afganistan (wara nuqqas ta’ 20 sena) huma insistew bil-miżuri li naqqru dejjem aktar mil-libertà tan-nisa.
Dan meta n-NU hi ferm inkwetata dwar l-aħħar direttivi tal-militanti li qed itellfu l-missjoni ta’ fejda b’riżq l-Afgani li jinsabu f’sitwazzjonijiet iddisprati.
//= $special ?>