Man Utd kisbu rebħa importanti fil-ġlieda tagħhom biex itemmu mal-ewwel erba’ timijiet fil-klassifika meta għelbu lil Brentford bl-iskor ta’1-0. Il-gowl deċiżiv kien skorjat kmieni fl-ewwel taqsima permezz ta’ Marcus Rashford.
F’partita oħra, Newcastle barra minn darhom għelbu lil West Ham 5-1. Doppjetta ta’ Callum Wilson, doppjetta ta’ Joelinton u gowl ta’ Alexander Isak kienu biżejjed għal Newcastle filwaqt li Kurt Zouma skorja għall-Hammers.
//= $special ?>