Fit-tieni leg tal-Copa de Rey, Real Madrid rebħu 4-0 kontra Barcelona, wara li fl-ewwel leg kienu Barcelona li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, biex b’hekk kien it-tim imexxi minn Carlo Ancelotti li avvanza għall-finali b’aggregate ta’ 4-1.
Il-gowls ta’ Real Madrid kienu skorjati minn Vinicius Junior u hat-trick tal-attakkant Franċiż Karim Benzema. Fil-finali, Real Madrid se jkunu qed jilagħbu kontra Osasuna li eliminaw lil Athletic Bilbao.
//= $special ?>