Ġuvni ta’ 15-il sena u raġel ta’ 43 sena li t-tnejn huma residenti l-Imtarfa qed isofri ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’ħabta bejn 3 karozzi.
L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tas-12:45 ta’ waranofsinhar fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.
Kelliem għall-Pulizija qal li fl-inċident kienu involuti 2 trakkijiet u karozza fejn għal xi raġuni wieħed mit-trakkijiet tilef il-kontroll u baqa’ dieħel head-on fil-karozza. Kaġun ta’ din il-ħabta, it-trakk l-ieħor baqa’ dieħel fil-karozza. It-trakk minnhom kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi filwaqt li t-trakk l-ieħor kien misjuq minn Albaniż ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-ġuvni u lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Is-sewwieqa tat-trakkijiet ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>