Lokali

Tifel ta’ 7 snin iweġġa’ gravi wara ħabta bejn tliet vetturi fiż-Żejtun

Żewġ persuni weġġgħu gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4pm fi Vjal 25 ta’ Novembru, iż-Żejtun.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li fl-inċident kien hemm tliet vetturi involuti fejn karozza tat-tip Chevrolet laqtet ukoll Mini One, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 58 sena residenti l-Imsida.

Il-Peugeot kienet qed tinstaq minn mara ta’ 38 sena residenti l-Fgura, u passiġġieri fiha kien hemm żewġt ibniet ta’ 9 snin.

Ix-xufier tax-Chevrolet kienet mara ta’ 44 sena residenti l-Fgura wkoll u fl-istess karozza, kien hemm ukoll tifel ta’ 7 snin.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u permezz ta’ diversi ambulanzi l-persuni kollha involuti, minbarra l-mara ta’ 58 sena, ittieħdu l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard, it-tliet persuni li kienu fil-Peugeot ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif filwaqt li ż-żewġ persuni li kienu fix-Chevrolet ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.