Internazzjonali

Trump iwieġeb mhux ħati, jinsisti li hu “vittma ta’ persekuzzjoni politika”

Fil-Qorti ta’ New York, l-eks President Amerikan Donald Trump wieġeb mhux ħati għal 34 att t’akkuża relatati ma’ frodi.

Donald Trump sar l-ewwel eks-President Amerikan fl-istorja li tressqulu l-akkużi kriminali formali b’Donald Trump ma waqafx jilmenta talli spiċċa “vittma ta’ persekuzzjoni politika”.

Trump ingħata l-libertà proviżorja mill-ġdid fuq garanzija personali u qabel li hu jirritorna lejn ir-residenza tiegħu f’Mar-a-Lago, fi Florida fejn hemm indirizza lill-partitarji tiegħu tard matul il-lejl. Fid-diskors tiegħu huwa tenna li preżentament l-Istati Uniti “sejra l-infern”.

Il-każ issa mistenni jitkompla f’Diċembru.