Kemmuna, minkejja li hija xi ftit ‘il bogħod minn Għawdex, xorta waħda rridu nħarsu s-sbuħija naturali u l-ambjent uniku tagħha.
Huwa għalhekk li fl-1 ta’ April 2023, il-voluntiera tan-Nadur Nadif b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Helwa, The Cast-Out Project: Gozo & Malta u 7R Lifestyle Malta ġabru 140 borża tal-iskart, f’5 sigħat biss. Dan jammonta għal madwar 2.3 tunnellati ta ‘żibel, mhux inkluż l-iskart li nġabar fil-clean-ups tal-passat.
Għalkemm ninsabu sodisfatti bis-suċċess ta ‘dan il-clean-up għall-konservazzjoni tal-ekosistema tal-gżira, l-ammont kbir ta’ żibel li ġbarna huwa xokkanti. Inizjattivi preċedenti minn numru ta’ aġenziji tal-Gvern dejjem fallew milli jsibu soluzzjoni konkreta. Huwa għalhekk li aħna nemmnu li hemm bżonn ta’ EPU (Environmental Protection Unit) u Environmental Rangers stazzjonati f’Kemmuna, flimkien ma’ aktar investiment fid-dipartiment tat-tindif, u fil-Korp tal-Pulizija.
Għalhekk inħeġġu lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni fuq dawn il-kwistjonijiet, iżda nitolbu lil dawk kollha li jżuru Kemmuna biex ikunu aktar responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom ukoll.
Kull min iżur Kemmuna jew xi siti oħra protetti, jeħtieġ li jżomm iż-żona nadifa billi jarmi l-iskart tiegħu b’mod responsabbli. Ejja nkunu s-soluzzjoni għall-konservazzjoni ta’ siti bħal dawn u mhux il-problema!
//= $special ?>