Lokali

Ċelebrazzjoni tal-ilsien Malti f’kunċert b’għan nobbli

F’atmosfera mill-isbaħ ta’ raħal tipiku Malti, The Malta Trust Foundation se tkun qed ittella’ kunċert ta’ mużika bl-ilsien Malti bis-sehem tal-band mużikali SKALD.

Il-kunċert, bl-isem “Fil-bitħa ma’ SKALD” se jsir fit-30 ta’ April fir-Razzett l-Antik f’Ħal Qormi.

Dan il-kunċert se jkun parti minn sensiela ta’ attivitajiet li qiegħda torganizza l-Fondazzjoni biex tiġbor donazzjonijiet biex tgħin tfal u żgħażagħ b’abbiltajiet varji ħalli jkollhom apparat li permezz tiegħu jkunu jistgħu jikkomunikaw. Dawn l-attivitajiet imbagħad iwasslu għall-qofol, li se tkun il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li The Malta Trust Foundation qiegħda torganizza matul il-ġurnata tal-20 ta’ Mejju.

Il-biljetti għal din l-attivitá jistgħu nixtraw minn din il-link: https://www.showshappening.com/maltatr…/Fil-bitha-ma-SKALD. Il-flus kollha tal-biljetti se jmorru għall-proġett ta’ The Malta Trust Foundation.