It-tim Nazzjonali Malti niżel ħames postijiet oħra fir-Rankings tal-FIFA wara l-aħħar klassifika tar-rankings ippubblikata mill-FIFA.
It-tim Nazzjonali immexxi minn Michele Marcolini issa jinsab fil-172 pożizzjoni wara t-telfiet li sofra f’Marzu ta’ 2-1 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq fi Skopje u f’Ta’ Qali kontra l-Italja bl-iskor ta’ 2-0, żewġ partiti minn Grupp C mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2024.
Fil-klassifika eżatt qabel Malta tinsab il-Moldova filwaqt li fil-pożizzjonijiet eżatt wara Malta hemm Bermuda, Nepal, Grenada u l-Kambodja.
Mill-pajjiżi Ewropej dawk agħar minn Malta huma Liechtenstein fil-199 post, Gilbilta’ 201 post u fl-aħħar post tar-rankings San Marino fil-211 post.
It-tim nazzjonali għandu jirritorna fl-azzjoni f’Ġunju meta jilgħab kontra l-Lussemburgu f’partita ta’ ħbiberija qabel il-konfront kontra l-Ingilterra fis-16 ta’ Ġunju mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni EURO 2024.
Malta tilgħab ukoll kontra l-Ukrajna fid-19 ta’ Ġunju barra pajjiżna.
Il-klassifika li jmiss se tkun ippubblikata fl-20 ta’ Lulju.
//= $special ?>