Lokali

Mijiet jixtru l-Qagħaq tal-Appostli moħmija mill-ħabsin

Mijiet ta’ persuni żammew l-appuntament ta’ kull sena hekk kif priġunieri residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ħmew il-qagħaq tal-appostli tant magħrufa mal-Maltin.

Fil-fatt, Net News żar il-gabbana fuq barra tal-ħabs f’Raħal Ġdid fejn jinbiegħu l-qagħaq tal-appostli, fost ħlewwiet oħra, fejn kien hemm serbut twil ta’ nies jistennew biex jixtru.

Uffiċjal fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Melissa Micallef spjegatilna kif ta’ kull sena bosta Maltin ikunu qed jistennew bi ħġarhom dak li l-ħabsin fis-sezzjoni tal-irġiel ikunu ħmew.

Micallef spjegatilna kemm dan jeħtieġ xogħol ma jaqta’ xejn mill-ħabsin.

Din is-sena kienet waħda speċjali hekk kif dawk fis-sezzjoni tan-nisa għażlu li jħitu soft toys għall-bejgħ bħala rigali.

U issa hemm stennija għal tmiem din is-sena hekk kif il-ħabsin mistennija li jsajru ikel tradizzjonali tal-Milied.

Barra l-qagħaq tal-appostli, wieħed isib għall-bejgħ figolli, pasti, u pudini fost l-oħrajn… bil-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-8 ta’ filgħodu sal-5 ta’ waranofsinhar u se jibqgħu miftuħin sa Sibt il-Għid.