Senglea Bocci Club huma r-rebbieħa tal-Easter Cup organizzata mill-Malta Pool Association.
Fil-finali Senglea kisbu rebħa konvinċenti ta’ 11-7 fuq Ghaxaq Bocci Club. Finali li matulha l-players taż-żewġ timijiet provdew logħob ta’ livel għoli fejn Senglea Bocci Club kienu aktar determinati kif jindika wkoll l-iskor finali.
It-tim ta’ Senglea Bocci Club kien magħmul minn Dejan Grech, Maverick Zammit, Jason Agius, Clayton Castaldi, Stephen Mangion, Ryan Pisani, Antione Aquilina u Michael Scicluna.
//= $special ?>