Futbol Sport

PSIS ta’ Gilbert Agius jegħlbu lil-leaders PSM

Rebħa impressjonanti għal PSIS FC immexxija mill-kowċ Malti, Gilbert Agius. Illejla għelbu lill-leaders u champions tal-Kampjonat Indoneżjan, PSM bl-iskor kbir ta’ 4-0.

Għal PSIS FC din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva wara li nhar il-Ħadd li għadda, huma għelbu lil PSS Sleman 5-2.

B’dawn iż-żewġ rebħiet, l-iskwadra ta’ Agius issa telgħet momentarjament fl-għaxar post tal-klassifika Indoneżjana.