Lokali

Tmut Anne Agius Ferrante; kienet l-ewwel deputat mara tal-PN

Kmieni dalgħdu tħabbret il-mewt ta’ Anne Agius Ferrante illi kienet l-ewwel mara li ġiet eletta fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista. Hi mietet fl-eta ta’ 97 sena.

Agius Ferrante twieldet l-Imdina, u kienet ikkontestat tliet elezzjonijiet ġenerali f’isem il-PN.

Hi kienet eletta fil-Parlament fl-1980, meta saret l-ewwel deputata mara f’isem il-PN. Hi kienet eletta f’elezzjoni każwali wara l-mewt tal-eks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier.

F’messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech sellem lil Agius Ferrante bħala mara li kellha personalità b’saħħitha, u l-mod passjonali li bih kienet tiddiskuti dwar dak li temmen fih se jibqa’ għażiż fil-memorja ta’ bosta.

Għal xi żmien, Agius Ferrante serviet ukoll bħala President tal-MNPN – u kienet deskritta mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola bħala simbolu ta’ integrità.

Għal dawn l-aħħar snin, Anne Agius Ferrante kienet residenti f’Casa Arkati.