Il-kumpanija tal-karozzi second hand ‘No Deposit Cars’ li qed tkun akkużata bi frodi, waħlet poster li fih jidher l-Avukat Jason Azzopardi. Mossa li qed tkun deskritta bħala attakk ieħor ta’ intidimazzjoni fil-konfront ta’ Azzopardi.
F’post fuq il-media soċjali l-kumpanija awgurat l-Għid it-Tajjeb billi ppubblikat ritratt ta’ dan il-poster imwaħħal mal-faċċata tax-showroom tal-istess kumanija bil-kliem ‘Happy Easter to all’.

Jason Azzopardi qed jirrappreżenta lil grupp ta’ 26 klijent ta’ din il-kumpanija fejn qed jitolbu lill-Qorti biex tirrevoka kuntratti ta’ xiri bin-nifs bejniethom u l-kumpanija. Bil-klijenti jsostnu li sfaw vittmi ta’ frodi u konfoffa kriminali fost reati oħra.
//= $special ?>