Matul il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira Puttinu organizza l-maratona annwali…maratona tant segwita mill-Maltin u l-Għawdxin.
Bid-donazzjonijiet li jinġabru minn din il-maratona Puttinu se jkun jista’ jkompli jgħin lil dawn in-nies isiefru sabiex jieħdu l-kura li għandhom bżonn. Waqt il-maratona diversi individwi kemm tfal u adulti rrakkontaw l-istejjer personali tagħhom u kif Puttinu kien ta’ għajnuna kbira għalihom.
Preżenti għal din il-maratona kien hemm fost l-oħrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mis-sinjura AnnMarie Grech.
Bernard Grech qal li dmirna bħala soċjetà hu li mhux biss naħsbu f’dawn il-pazjenti u l-familji tagħhom iżda li nkunu ta’ wens kif ukoll ta’ għajnuna għalihom. Qal li dawn id-donazzjonijiet huma għal kawża ġusta u nobbli u dak kollu li jagħmlu ta’ Puttinu, jistgħu jkomplu jagħmluh permezz tal-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>